Bil-Mixi Ġejt:

The Life & Times of Il-Bambinu

Bil-Kurazzjoni ta’ Charlie Cauchi

Fotografija © Elisa Von Brockdorff


Bil-Mixi Ġejt: The Life & Times of Il-Bambinu

Malta
June, 2023

Bil-Kurazzjoni ta’: Charlie Cauchi
Kontenut Arkivjali: Magna Żmien Archive u l-Familja Abela

Produzzjoni ta’: Festivals Malta għal Ritmu Roots Festival 2023, li kien issapportjat mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u GSD Marketing Ltd.

Bil-Mixi Ġejt: The Life & Times of Il-Bambinu kienet wirja li tefgħet dawl fuq il-mibki Mikiel Abela. Aktar popolarment magħruf bħala l-Bambinu, kien wieħed mill-aktar għannejja prolifiċi ta’ Malta, magħruf l-aktar għall-ballati folklorisitiċi u makkjetti tiegħu. It-titlu kien ispirat minn linja minn vers improvizzat li kanta b’ mod famuż waqt wirja li saret f ’ġieħ il-Kurunell Muammar Gaddafi lejn l-aħħar tas-snin 1970. Bħala l-maestro tal-ballati makakk li kien, huwa appella lid-dirattur:

Mr. Gaddafi, You love Malta
I have walked all the way from Żejtun
To implore you to empathize with us
Spare no time in reducing the price of your petrol

Din l-istrofa tinkapsula lill-Bambinu: bniedem minn sfond umli, kburi b ’ġensu u li, bħal kull għannej kbir, ma qagħadx lura milli jisfida l-awtorità.

Siltiet tal-awdjo, films, fotografi u oġġetti oħrajn jesponu lill-udjenzi għall-mużika ta’ Il-Bambinu. Din il-wirja titkellem dwar is-sinifikat tal-istil u l-kwalitajiet tar-rakkont tal-istejjer tiegħu, u tpoġġi l-figura tiegħu fil-kuntest soċjali u kulturali ta’ żmienu.

Xogħol il-Bambinu għandu għeruq sodi fil-ħamrija ta’ art twelidu. Il-kollezzjoni tenfasizza l-kuntest li fih inħoloq ix-xogħol tiegħu, u toffri tieqa lill-udjenzi għal Malta li m’ għadhiex teżisti. Dan l-avveniment għandu l-għan li jibni l-għarfien u l-apprezzament għal wieħed mill-aktar mużiċisti folkloristiċi għeżież tagħna.

L-esebizzjoni tfittex ukoll li tenfasizza t-tradizzjonijiet mużikali ta ’ Malta bl-għan li tagħti l-opportunità biex ġenerazzjonijiet futuri jingħataw l-aċċess għall-wirt kulturali tagħhom.