Iddiġitizza l-Kollezzjoni Tiegħek

Iddiġitizza l-Kollezzjoni Tiegħek

Kulħadd għandu l-film, vidjow, tertuqi  u ritratti li huma misturin id-dar. Ħarġiet mal-familja sal-baħar, il-Milied, magħmudiji u għeluq snin il-qrabat tagħna. Mal-milja taż-żmien, isir iktar diffiċli biex terġa’ tarahom. Eventwalment, ser kun impossibbli li tirkupra l-informazzjoni minn film ta’ 8mm jew tertuqa ‘open reel.’ L-uniku mezz li bil nistgħu nġeddu l-ħajja ta’ dan il-materjal huwa emigrat għal format diġitali.

Aħna diġitizzaw għadd sħiħ ta’ materjal, imma l-interess tagħna għall-arkivju tagħna jirrelata mal-memorji tal-Maltin id-dar u dijaspora Maltija. Aħna niltaqgħu ma għadd sħiħ ta’ ritratti u l-film li ittiehdu waqt vaganzi – jew recordings tal-awdjo u l-vidjow li jinkludi ma’ materjal bil-‘copyright’. Aħna ma nistgħux nużaw dal-materjal għall-proġetti tagħna u b’hekk normalment ma niddiġitizzawhx, għalkemm nirrikonoxxu l-valur li għandu għalikom.

Tistgħu tgħinuna biec niżviluppaw l-arkivju komunitarju tagħna b’żewġ metodi; tistgħu tagħtulna l-kontenut bħala donazzjoni, jew nistgħu nittrasferrixxu l-materjal bi spiża. 

Agħti lill-Kontenut Tiegħek Bħala Donazzjoni lil Magna Żmien

Magna Żmien tista’ tiddiġitizza il-kollezzjoni tiegħek mingħajr ħlass jekk tagħżel li tagħti l-kontenut tiegħek bħala donazzjoni lill-arkivju. Malli d-diġitizazzjoni titlesta nirritornaw l-materjal lura b’kopja diġitali. Aħna nżommu lil dawn il-kopji diġitali fis-server tagħna u nagħmluhom aċċessibbli lill-artisti u r-riċerkaturi. Agħti titilla lill-arkivju tal-Avvenimenti tagħna Xbiex tinforma ruħek aktar dwar it-tip ta’ proġetti li nipproduċu.

Minn Lulu 2021, ġbarna 10,000 xbiha, ‘il ful minn 320 ‘film reel’ u ‘il fun minn 180 tejp minn 85 membru pubbliku minn Malta u lil hinn. Aħna verament grati lil kulħadd li għadu jagħtina l-materjal biex nippreservaw u nużaw.

Madankollu, kif semmejna label, mhux kollox huwa addattat għall-arkivju. Recordings ta’ barra minn Malta (sakemm mhumiex magħmulin mid-dijaspora Maltija), material bil-copyright bħax-xandir Televiżiv, radju, plays, eċċ. ma jistax ikunu użat mill-ġdid għall-proġetti tagħna, jiġifieri ma nistgħu niddiġitizzawhom b’xejn bħala donazzjonijiet. Għidilna x’għandek u nistgħu naraw x’nistgħu nagħmlu!

Diġitizazzjoni Privata

Għandek xi ritratti jew recordings li trid tippreserva għall-futur imma li forsi ma tried tagħti lil Magna Żmien? Nistgħu ngħinuk! Aħna nistgħu niddiġitizzaw il-memorji awdjo-viżivi tiegħek (u ta’ nantek u taz-zija) għal press raġonevoli bl-użu tal-istess għodda ta’ kwalità għolja u bl-istess standard għoli li ilna napplikaw mill-2018.

Billi tiddiġitzza l-kollezzjoni tagħkom magħna, tkun tista’ tirkupra l-memorji tiegħek minn formas ossoliti li direttament ser jissapportjaw l-arkivju komunitarju tagħna. Bħala Organizazzjoni Volontarja, aħna niddependu fuq fondi pubbliċi u servizi privati bħal dawn Xbiex noperaw. Il-flus li nirċievu jmorru direttament għal-spejjes bħall-pagi tal-inġiniera tagħna li jgħinuna nagħmlu u neditjaw dawn il-konverżjonijiet, il-manteniment tal-għodda, il-kera tal-istudjow u s-sit elettroniku tagħna.

Rati ta’ Diġitzazzjoni Privata

(Kull Press jinkludi l-VAT)

35mm slides€1.20 kull slide (2500dpi)
€1.50 kill slide (5000dpi)
35mm negatives€1.20 kull xbiha (2500dpi) – €7.20 kull strixxa ta’ 6 xbihat
€1.50 kull xbiha (5000dpi) – €9 kull strixxa ta’ 6 xibhat
Medium Format negatives€2.50 kull xbiha (4800dpi)
Glass negatives€2.50 kull xbiha (4800dpi)
Photographs€0.60 kull xbiha (1200dpi)
8mm film (Normal 8 / Super 8)€25 – 50-150 pied / 3″ to 4” diameter (bil- / mingħajr ħoss)
€30 – 200-400 pied / 5″ to 7″ diameter (bil- / mingħajr ħoss)
VHS / S-VHS / VHS-C€18 kull tejp
Video 8 / Hi8 / Digital 8€18 kull tejp
Mini DV / DVCAM€18 kull tejp
Open reel audio tape€30 kull reel
Audiocassette€15 kull cassette
Microcassette€15 kull cassette
Minidisc€15 kull disc
Vinyl / acetate disc€3 kull 7″ / €12 kull 12″ LP
Gramophone disc / other disc€7 kull disc
CD / DVD€5 kull disc

35mm slides & 35mm negatives: 2500dpi / 5000dpi 24bit AdobeRGB TIFF; ukoll ipprovdut bħala 24bit JPEG (Reflecta RPS 10M)
Tertuqa Medium Format: 
4800dpi 24bit AdobeRGB TIFF; ukoll ipprovdut bħala 24bit JPEG (Epson V600)
Negattivi Glas: 
4800dpi 24bit Adobe RGB TIFF; ukoll ipprovdut bħala 24bit JPEG (Epson V600)
Ritratti Prints: 
1200dpi 24bit AdobeRGB TIFF; ukoll ipprovdut bħala 24bit JPEG (Epson V600)
Tertuqa 8mm / Super 8: 
ca. 1080p MP4 (custom Bauer T502 veloċità mmodifikata kkontrollata, LED, u  lenti macro)
VHS / S-VHS / VHS-C: 
PAL 576i / NTSC 486i MP4 (JVC HR-S7965EK b’unit Panasonic TBC)
Video 8 / Hi8 / Digital 8: PAL 576i MP4 (Sony TRV-355E with Panasonic TBC)
MiniDV / DVCAM: 
720×576 DV with 16bit / 48kHz WAV ]oss (Sony DSR-11)
Open reel tejp: 
24bit / 96kHz WAV; ukoll ipprovdut bħala 6bit / 44.1kHz WAV u 320kbps mp3 (Revox B77 mk1, Tandberg 3000X)
Audiocassette: 
24bit / 96kHz WAV; ukoll ipprovdut bħala 16bit / 44.1kHz WAV u 320kbps mp3 (Yamaha KX580SE, NAD 6240)
Microcassette: 
24bit / 96kHz WAV; ukoll ipprovdut bħala 16bit / 44.1kHz WAV u 320kbps mp3 (Genexxa Micro-22)
Minidisc: 
24bit / 96kHz WAV; ukoll ipprovdut bħala 16bit / 44.1kHz WAV u 320kbps mp3 (Tascam MD-801R mk2)
Vinyl / acetates: 24bit / 96kHz WAV; ukoll ipprovdut bħala 16bit / 44.1kHz WAV u 320kbps mp3 (Technics SL1210 mk2, Stanton 505.V3 cart, Stanton N500S stylus)
Gramophone discs: 24bit / 96kHz WAV; ukoll ipprovdut bħala 16bit / 44.1kHz WAV u 320kbps mp3 (Technics SL1210 mk2, Stanton 505.V3 cart, Rek-O-Kut styli pack)