Past Continuous
Alex Urso

Past Continuous

Spazju Kreattiv, Valletta
ŻiguŻajg, il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ 2021

5 ta’ Novembru — 5 ta’ Diċembru, 2021

Artist: Alex Urso
Sound Design: Yasmin Kuymizakis
Curation: Margerita Pulè

Xbiha Titulari: Mingħajr Titlu (Past Continuous), 2021 © Alex Urso

“Huma ħarsu ‘l quddiem u ħadu pjaċir li kienu sejrin lura, imma meta waslu hemm, intebħu li l-futur ma kienx li kien”
Eleanor Stonor Saunders

X’sinifikat għandha l-kelma ‘arkivju’ fid-dinja kontemporanja u diġitalment konessa? U kif tista’ l-prattika artistika tinvolvi teknoloġiji moderni biex iddaħħal tifsira ġdida f’materjal arkivjali? Korp ta’ xogħol ġdid mill-artist Alex Urso jieħu dawn il-mistoqsijiet bħala punt tat-tluq, jirrevedi u jerġa’ jinterpreta materjal li jinsab fl-arkivju ta’ Magna Żmien.

Urso jsellef il-materjalità fid-diġitali, u jagħti tridimensjonalità permezz ta’ installazzjonijiet u collage interattiv. Immaġini familjari għall-udjenzi Maltin – pajsaġġi tat-toroq tas-seklu 20 kif ukoll xeni ta’ kuljum u ritratti – li jerġgħu jiġu immaġinati u kkuntestwalizzati mill-ġdid f’diversi stampi fissi u li jiċċaqalqu. Din l-esebizzjoni li hija parti mill-Festival ta’ ŻiguŻajg fejn tinteraġġixxi ukoll ma’ udjenza multi-ġenerazzjonali, li tippermetti lill-passat jivvjaġġa lejna, u jagħmel xeni mill-passat aċċessibbli għall-għajnejn tas-seklu 21. Immaġini wieqfa u li jiċċaqalqu jidħlu u joħorġu bħal oġġetti pulsijiet b’mijiet ta’ kubi tal-karta jakkumulaw f’manifestazzjoni fiżika ta’ immaġini diġitali, u ħajjiet li diġà għexu jingħataw ħajja permezz ta’ realtà miżjuda (augmented).

Fotografija tal-esebizzjoni: Elisa von Brockdorff

Xbiha: OTOFOTO, Ustka

Alex Urso

Alex Urso (m. 1987) huwa artist multi-dixxiplinarju li huwa ggradwat mill-Akkademja tal-Art Fina ta’ Brera, Milan. Huwa ġeneralment jaħdem bil-mezz tal-collage, assemblage u installazjonijiet fi spazju. Ix-xogħlijiet tiegħu kiene esebiti fi spazji tal-arti pubbliċi u privati bħal Estorick Collection (Londra), Casa Tesori (Milan), Zachęta Project Room (Varsavja), BWA Katowice, Monopol Gallery (Varsavja), Institute of Italian Culture of Krakovja, Entropia Gallery (Wroclaw), Studio87 (Valletta), fost oħrajn.


Flimkien mal-prattika tiegħu bħala artist viżiv, Urso wkoll huwa wkoll involut mhux ħażin f’proġetti kuratorjali u arti kritika. Mill-2014, huwa kkolabora ma’ għadd ta’ spazji u istituzzjonijiet bħall-Gallerija Nazzjonali ta’  Art–Zachęta, L-Istitut Kultural ta’ Varsavja, il-Paviljun tal-Polonja fis-16. Esebizzjoni Internazzjonali – il-Bjennale ta’ Venezja, il-Fondazzione Benetton, Adam Mickiewicz Institute, il-Paviljun tal-Polonja fit-22. tal-Espożizzjoni Internazzjonali ta’  La Triennale di Milano. Fl-2017, Urso kien il-ko-kuratur tal- Biennale de La Biche – l-iċken biennale tal-arti fid-dinja. Huwa bħalissa l-editur tar-rivisti tal-arti Artribune u Sky Arte.

Yasmin Kuymizakis

Yasmin Kuymizakis hija kompożitriċi tal-mużika, produttriċi, artista sonika u diżinjatriċi tal-ħoss. Hija lestiet BA (Unur.) fl-Arti u d-Disin tal-Ħoss  minn London College of Communication (UAL) u Maġisteru fl-Arti Sonika minn Goldsmiths, University of London.  Yasmin hija l-ko-fundatriċi tal-Malta Sound Women Network li għandu l-għan li jgħaqqad lin-nisa fil-mużika elettronika u l-arti sonika flimkien; biex jaqsmu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom, u jipprovid edukazzjoni b’xejn u ‘mentoring’ għan-nisa u t-tfajliet f’fergħat li għandhom x’jaqsmu mat-teknoloġija mużikali. Yasmoin taħdem fil-ħoss u l-mużika, primarjament għall-film u l-logħob diġitali, u wkoll tipproduċi mużika elettronika u arti tal-ħoss esperimentali u kunċettwali.