L-Iżbarki tal-Magna taż-Żmien
Kapsula Merrill
L-Iżbarki tal-Magna taż-Żmien
Kapsula Merrill
Malta u Għawdex
Ġunju – Diċembru 2018
Direttur Artistiku: Andrew Alamango
Disinn & Bini tal-Magna: Matthew Pandolfino
Disinn tad-Dwal: Andrew Schembri & Tony Gialanzé
Disinn, Kunċett tal-Magna & Storja: Andre Vujicic
Ġestjoni tal-Proġett: Nicole Blackman
PR & Komunikazzjoni: Sarah Mallia & Janelle Borg
Arranġament Muzikali: Alex Vella Gregory
Skript: Jacob Piccinino
Wistin, Vjaġġatur minn fuq il-Pultruna Nru. 35: Jacob Piccinino
Banda ta’ Memorji Meraviljużi: Norbert Mintoff, Alan Saliba, Albert Garcia
Ritratti: Elisa Von Brockdorff
Appoġġjat minn Valletta 2018 Kapitali Ewropea tal-Kultura
Il-Kapsula Merrill hija performance żviluppata għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura Valletta 2018. Kull wieħed mis-sitt “żbarki” tagħha madwar Malta kien akkumpanjat minn installazzjoni awdjoviżiva maħluqa minn għadd ta’ artisti kollaboraturi differenti minn filmati u awdjo meħuda mill-arkivju tagħna.
Siltiet vidjo u awdjo ttieħdu minn kollezzjonijiet ta’ films 8 mm u tejps miġjuba mill-postijiet fejn saru l-attivitajiet tagħna, u dan ippermetta lill-udjenzi jaraw xbihat u jisimgħu ħsejjes direttament relatati mal-komunità tagħhom.
Il-Magna tal-Memorji Meraviljużi, magħrufa wkoll bħala Kapsula Merill, hija magna li tivvjaġġa fiż-żmien, immuntata u mibgħuta sal-preżent mill-futur imbiegħed biex issalva l-memorji lokali mid-diżintegrazzjoni…
Wara l-“mewġa” kbira u t-telf ta’ memorja li rriżulta, il-Kapsula Merill tintbagħat fuq vjaġġ fiż-żmien.
Il-magna tinsaq mill-Vjaġġatur minn fuq il-Pultruna Nru 35, jew Wistin, li jkun qiegħed fuq missjoni biex jiġbor u jiddiġitalizza memorji minsija li ilhom maqbuda fuq artefatti analoġiċi li jiddeterjoraw malajr u li qegħdin imxerrda f’kollezzjonijiet personali f’Malta u Għawdex.
F’sensiela ta’ żbarki uffiċjali, il-Vjaġġatur minn fuq il-Pultruna u l-Magna tal-Memorji Meraviljużi tiegħu iduru l-Gżejjer Maltin. F’dan iż-żmien kruċjali fl-istorja, Wistin ifittex li jeħles il-memorji min-nisi.
Maqbuda fuq in-naħa l-oħra tad-distakk diġitali, xi mkien fuq ix-xtut analoġiċi, hemm kaxxa tat-teżor tal-memorji maqbuda. Uċuħ familjari jiżfnu, dehriet tagħhom waqt l-isfilata tal-karnival, in-nostalġija li jqabbdek il-kant tan-nanna, kitarra stunata, minn x’imkien tinstema’ tpespisa ġejja minn taħt il-mustaċċi.
Il-bobini, il-kasetts, ir-ritratti, id-diski tal-vinil u l-film, il-wegħda tagħhom marsusa ta’ sorpriżi mistura u ħolm minsi, memorja kollettiva li qed tistenna li tiggwida u tnebbaħ mewġ ġdid.
Li kieku nistgħu ndakkru l-ibħra diġitali tagħna bil-fdalijiet kulturali lokali, inkunu nistgħu nitfgħu x-xbieki u bil-qabda prezzjuża tagħna nibnu dinjiet ġodda b’għeruqhom f’dak li darba għamilna dak li aħna.
“My songs are of time and distance... They send me new things but I prefer old things…” COUNT ZERO, William Gibson
Vetrini virtwali ta’ fdalijiet maħsula mill-mewġ għal fuq ix-xatt, imnebbħa minn Joseph Cornell, l-ewwel vjaġġatur minn fuq il-pultruna, u A.I., l-artist frammentat ta’ William Gibson jorbita f’ Villa Straylight.
Il-Magna tal-Memorji Meraviljużi hija apparat u moviment biex jinġabru, jiġu kkonvertiti u jsiru disponibbli memorji li se jipprovdu kuntest kollettiv fertili għan-navigaturi u r-rakkontaturi taċ-ċiberspazju tal-preżent u tal-futur.
Żbark #1
Mellieħa
Il-Pjazza tal-Parroċċa | 16 Ġunju 2018
L-ewwel wirja tagħna kienet il-Mellieħa, b’performance ta’ Kapsula Merill, segwita minn installazzjoni awdjoviżiva maħluqa minn Jimmy Grima u Timothy Garrett, f’kollaborazzjoni ma’ Solar Cinema.
Żbark #2
iċ-Ċitadella, Għawdex
Pjazza Katidral | 15 ta’ Settembru 2018
It-tieni żbark ta’ Kapsula Merill sar quddiem il-Katidral tal-Assunta, iċ-Ċitadella tar-Rabat, Għawdex bil-wiri ta’ Reminiscence, installazzjoni awdjoviżiva minn Andrej Vujicic u Timothy Garrett.
Żbark #3
Science in the City, Valletta
Pjazza Kastilja
29 ta’ Settembru 2018
Il-performance ta’ Kapsula Merill fi Pjazza Kastilja l-Belt Valletta kienet tinkludi workshop u preżentazzjoni tal-ħidma u r-riċerka tagħna fil-Malta Cafe Scientifique li sar fi Spazju Kreattiv bħala parti mill-programm Science in the City.
Żbark #4
Notte Bianca,
Valletta
Pjazza San Ġwann
6 ta’ Ottobru 2018
Din il-performance ta’ Kapsula Merill saret fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, bħala parti mill-festival ta’ kull sena Notte Bianca.
Żbark #5
Kalkara
Pjazza Arċisqof Gonzi
29 ta’ Settembru 2018
Il-performance ta’ Kapsula Merrill saret matul il-lejl tal-ftuħ tal-wirja tagħna ta’ Emanuel Borg fis-Sala Parrokkjali tal-Kalkara. L-installazzjoni awdjoviżiva nħolqot minn Jimmy Grima, b’mużika minn Robert Farrugia.
Żbark #6
Siġġiewi
Pjazza San Nikola
13 ta’ Diċembru 2018
Il-wirja finali tagħna kienet fis-Siġġiewi, b’performance ta’ Kapsula Merill, segwita minn installazzjoni awdjoviżiva maħluqa minn Jimmy Grima. Il-mużika oriġinali live bl-użu ta’ materjal mill-arkivju ġiet prodotta minn Yasmin Kuymizakis u Jess Rymer.